Avviżi tal-Parroċċa
Marzu 2025
16/03/2025
L-EVANĠELJU
Kristu għad ibiddilna fis-sura tal-ġisem glorjuż tiegħu. Fil 3:20–4:1
IL-ĦADD
Fil-Knisja Filjali ta’ Santa Luċija, fil-5:00 p.m. se jkun hemm quddiesa bl-Ingliż għall-barranin li jgħixu fostna.
IT-TNEJN
L-Għaqda Kulturali Wirt Naxxar se torganizza laqgħa fl-annexe fis-7:15p.m. Is-suġġett huwa Ex Voto: L-Arti Popolari tal-Fidi.
IT-TLIETA
Fil-MUSEUM tas-Subien fis-7:00 p.m. ikun hemm laqgħa dwar il-Kelma t'Alla, min jixtieq jista' jattendi.
L-ERBGĦA
Id-19 ta’Marzu. Solennità ta’ San Ġużepp. Xieraq li nieħdu sehem fil-quddiesa; il-ħin ikun bħal fost il-Ġimgħa.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mis-soċji tal-MUSEUM
tal-bniet u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
Fis-7:00 p.m. fil-binja ta’ Genesis 2 li jinsab fi Triq l-Oratorju, jkun hemm l-ewwel laqgħa t’eżerċizzji għall-koppji li jinkludu wkoll quddiesa.
Dawn ikomplu wkoll fis-Sibtijiet ta’ wara tul ir-Randan.
AVVIŻI OĦRA
Il-Ħadd 23 ta’ Marzu għall-quddiesa tad-9:30 a.m. qed nistiednu lill-adolexxenti li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof din is-sena flimkien mal-ġenituri tagħhkom, matulha huma lkoll iwiegħdu li ser jagħmlu ħilithom kollha fit-tħejjija għal dan is-sagrament.
Il-Ħadd li ġej, 23 ta’ Marzu fl-oratorju fit-3:30 pm se jkun hemm Afternoon Tea bit-tombla b’risq il-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Marzu, filgħodu, ser norganizzaw pellegrinaġġ
għar-Redentur tal-Isla. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers. Ħdejn il-bibien tal-Knisja ssibu għall-bejgħ il-kwareżimal, grazzi tal-kooperazzjoni tiegħek.